Il-Bord

Kassandra Mallia

Kassandra Mallia

Viċi-President

Matthias Portelli

Matthias Portelli

Viċi-President

Volt Malta

Volt Malta uffiċjalment saret partit politiku fit-30 ta' April 2021. Il-membri enerġetiċi tiegħu ġejjin minn sfondi differenti. Filwaqt li maġġoranza qatt ma kienu involuti fil-politika qabel, il-membri tal-partit jiġu wkoll miż-żewġ partiti l-kbar, u wkoll partiti żgħar, li fl-aħħar sabu dar politika fejn jistgħu jesprimu ruħhom

Malta transparent

Il-partit bħalissa qed tipprepara biex tikkontesta l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali u tal-Parlament Ewropew ta' 2024.

F’Malta, il-partit qed isegwi numru ta’ kwistjonijiet progressivi. Bħala l-ewwel partit politiku favur l-għażla fil-pajjiż, qed niġġieldu għal riforma komprensiva tad-drittijiet tas-saħħa sesswali u riproduttiva, fost numru ta' kwistjonijiet soċjali oħra. Il-partit huwa impenjat ukoll li jiżgura opportunitajiet indaqs.

Barra minn hekk, il-partit għandu l-għan li jiżgura li l-ekonomija tiġi mmaniġġjata b'mod sostenibbli, u li tiżgura s-saħħa tal-pubbliku hija prijorità ewlenija.

Volt Europa

Volt Malta hija parti mill-Partit Ewropew Volt Europa.

L-isfidi Ewropej jeħtieġu soluzzjonijiet Ewropej. Il-partiti nazzjonali qed jilħqu l-limiti tagħhom, u l-wegħdiet populisti qed ipoġġu l-paċi tagħna f’riskju.

Huwa għalhekk li twaqqfet Volt, moviment u partit għall-Ewropa kollha. Aħna l-ewwel partit pan-Ewropew, bi preżenza f'aktar minn 30 pajjiż għandna partiti politiċi rreġistrati f'16-il pajjiż. Inħeġġu liċ-ċittadini fil-livelli lokali, nazzjonali u Ewropej biex ibiddlu kif issir il-politika.

Aħna pan-Ewropej, prammatiċi u progressivi. Aħna naqsmu valuri u għanijiet komuni, nagħmlu mistoqsijiet kuraġġużi u nagħmlu proposti fattibbli biex insolvu lmenti pan-Ewropej.

Multicoloured EU stars icon